Instagram story viewer> @joegattnet> Tagged
POSTS STORIES REELS TAGGED
Il-Ġimgħa li għaddiet, Qarn rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija Letteratura mhux Fittizja. 🏆

Inħossni kuntent ħafna li dan il-ktieb intgħoġob. Dan ix-xifajk jidher li ntlaqat u ntlaqa’.

Mingħajr Loranne u Joe, Aphroconfuso, il-kamra ta’ tfuliti, u dawk il-kreaturi u l-iskerzi tan-natura kollha, żgur li ma kienx jinkiteb. Għalhekk grazzi kbira — napprezza ħafna. ❤️👹

Hawn ftit ritratti mit-tnedija ta’ Qarn ġewwa Rosa Kwir, fejn jien u @aphroconfuso kkollaborajna ma’ @an.intimate.affair u għamilna ikla u performance ċkejkna biex niċċelebraw il-ktieb.

Grazzi @nationalbookcouncil_malta 

Ritratti tat-tnedija meħudin minn Elisa Von Brockdorff @elisa_von_bee .
48
back to up